Taieb Bakouch, il-Ministru tal-Affarijiet Barrnain Tuneżin, ħabbar li l-għaxar diplomatiċi Tuneżini li kienu nħatfu mill-Ambaxxata Tuneżina fi Tripli kienu nħelsu u issa kienu lura pajjiżhom.
Kien hemm tliet diplomatiċi li kienu nħelsu ftit ġranet ilu imma issa Bakouch qal li dawk kollha li kienu nħatfu kienu nħelsu. Hu ma ta ebda dettalji dwar jekk kienx hemm negozjati u ħadd ma kien ħa r-responsabbilta tal-ħtif.
Imma l-ħelsien tagħhom seħħ ftit wara li qorti fit-Tuneżija deċiedit favur l-estradizzjoni ta’ Libjan, Walid Klib, miżmum fit-Tuneżija b’rabta ma’ akkużi ta’ terroriżmu. F’Mejju, l-awtoritajiet bazati fi Tripli kienu ħabru 172 Tuneżin li kienuq ed jaħdmu fil-Libja fi sforz li jiksbu l-ħelsien ta’ Klib imma bla suċċess.
Imma l-Gvern Tuneżin qed jiċħad li kien hemm xi ftehim .
Il-Gvern Tuneżin ilu jħeġġeġ liċ-ċittadini tiegħu biex ma jivjaġġawx lejn il-Libja jekk mhux assolutament neċessarju imma minkejja dan hu stmat li hemm mas-60,000 Tuneżin jaħdmu fil-Libja.
Id-diplomatiċi Tuneżini maħtufa fil-Libja jirritornaw lura pajjiżhom
