Lokali

IL-ĠURNALI DALGĦODU

Ħarsa lejn il-gazzetti tal-lum il-Ġimgħa, 19 ta’ Ġunju.

IN-NAZZJON jirrapporta kif Michael Falzon kien informa lill-whip Laburista Godfrey Farrugia li qatt ma siefer ma’ Gaffarena.

THE MALTA INDEPENDENT tippubblika storja interessanti dwar ħwienet tal-ikel fi Triq l-Arċisqof il-Belt li qed jitħallew joħorġu l-imwejjed tagħhom barra – il-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta huwa kontra din id-deċiżjoni.

THE TIMES OF MALTA tirrapporta l-każ taż-żgħażagħ Taljani li nhar l-Erbgħa provaw iwaqqfu ajruplan tar-Ryanair għax waslu l-ajruport tard minħabba t-traffiku.

L-ORIZZONT bl-istorja ewlenija ġġib it-titlu “Sit tal-PN b’kalkoli ta’ spjunaġġ”.