Il-Qassisin għandhom il-libertà li jattendu, jekk iridu, għall-Protesta Nazzjonali kontra l-bini ta’ Università fiż-Żonqor. Din kienet ir-reazzjoni tal-Arċisqof Mons Charles Scicluna meta mistoqsi minn The Malta Independent dwar jekk hux se jattendi għall-Protesta Nazzjonali ta’ għada filgħodu fil-Belt.
Dwar il-preżenza tiegħu, Mons Scicluna wieġeb li hu ma jistax jattendi minħabba impenn li għandu skedat mad-Djakni li se jilħqu Saċerdoti fit-3 ta’ Lulju. Madankollu, dwar ix-xewqa tas-Saċerdoti, l-Arċisqof qal li “kulħadd hu liberu li jesprimi ruħu b’mod ċiviku u rispettabbli. Il-Protesta [ta’ għada] mhijiex attività politika u membri tal-Kleru huma liberi li jattendu”.
Il-Protesta Nazzjonali, li se ssir quddiem il-Parlament, tibda fl-10am u hi organizzata mill-Front Ħarsien ODZ.
//= $special ?>