Fil-każ taż-Żonqor, ir-rwol tal-MEPA nqaleb ta’ taħt fuq. Dikjarazzjoni iebsa li għamel l-Ambjentalista Edward Mallia waqt il-programm Newsfeed fuq Net TV, fejn sostna li l-Gvern qed juża’ tattika ta’ ħabi.
Il-Professur Edward Mallia semma’ li l-każ taż-Żonqor hu biss wieħed minn kullana ta’ każijiet li ħarġu x-xahar li għadda u li jinkludu l-lukanda fl-Għadira, kif ukoll il-korsa tal-karozzi u x-shooting range fil-limiti tal-Mosta.
Fil-programm, li matulu ssemma’ wkoll l-Avviż Legali kontroversjali li baxxa l-istandards ta’ Università, Edward Mallia kien mistoqsi wkoll dwar l-akkuża ta’ monopolju mill-Università ta’ Malta fis-settur tal-edukazzjoni terzjarja.
Fil-programm ħadu sehem ukoll il-Kunsillier ta’ Marsaskala John Baptist Camilleri u l-Avukat Roberta Buhagiar. Waqt Newsfeed tqajjmet il-kwistjoni relatata mal-kontroversja li ġab miegħu l-lingwaġġ użat fil-Parlament mis-Segretarju Parlamentari Ian Borg.
//= $special ?>