Lokali

AĠĠORNATA: jinqaleb karozzin f’Tal-Pieta’

Fis-7.20am seħħ inċident f’Tal-Pietà, li fih inqaleb karozzin.Jirriżulta li l-karozzin inqaleb biż-żiemel b’kollox wara li ntlaqat minn karozza.

Il-kuċċier, li għandu 67 sena, ġarrab feriti ħfief, filwaqt li jidher li ż-żiemel sofra xi ksur f’saqajh. Fil-fatt, Uffiċjali tal-Animal Walfare kellhom jinfaxxawlu saqajh.

L-inċident ikkawża ammont kbir ta’ traffiku li inġabar fl-inħawi.

Kemm il-karozzin kif ukoll il-karozza kienu sejrin fid-direzzjoni tal-Belt Valletta, fi Triq il-Marina.

Ritratt: Joe Francalanza