L-ewwel sena ħidma tal-Ewroparlamentari Therese Comodini Cachia kienet karatterizzata minn ħidma fis-setturi tal-edukazzjoni, iż-żgħażagħ, il-kultura u n-negozji żgħar u medji partikolarment dawk ibbażati fuq il-familji.
L-Ewroparlamentari Nazzjonalista Therese Comodini Cachia elenkat il-ħidma li wettqet fl-ewwel sena ta’ din il-leġiżlatura bħala Ewroparlamentari f’attivta li fiha saret enfażi dwar il-mod kif il-ħidma fil-parlament Ewropew effettwat liċ-ċittadini.
L-attività inkludiet diskussjoni dwar il-mobilità tal-istudenti fil-kuntest tal-intrapriżi, il-protezzjoni tad-drittijiet kummerċjali f’suq iktar kompetittiv u l-immigrazzjoni rregolari.
Therse Comodini Cachia tkellmet dwar il-mod kif hi żammet liċ-ċittadini fiċ-ċentru tal-ħidma tagħha. L-Ewroparlammntari sostniet li fil-parlament Ewropew tagħmel enfażi qawwija dwar l-importanza li n-negozji tal-familji jibqgħu b’saħħithom fis-soċjetà.
Therese Comodini Caachia tkellmet fuq l-importanza li l-politiċi jibqgħu viċin in-nies u spjegat kif tul l-aħħar sena hi organizzat diversi laqgħat mal-pubbliku li fihom trattat fost l-oħrajn il-benefiċċju tal-fondi Ewropej fis-soċjetà Maltija.
Ħidma oħra li wettqet Therese Comodini Cachia kienet dwar id-drittijiet tal-bniedem flimkien ma’ numru ta’ mistoqsijiet parlamentari lill-Kummissjoni Ewropea fuq suggetti ta’ importanza bħall-kanċer, ir-riċerka, is-saħħa mentali, l-aċċess għall-edukazzjoni u l-ambjent. Dan flimkien mat-trasport pubbliku li hu prijorità kemm fl-UE kif ukoll f’Malta. Therese Comodini Cachia trattat ukoll il-ħidma fil-Kumitat tal-Kultura u l-Edukazzjoni u dik fil-Kumitat tal-Affarijiet Legali.
//= $special ?>