Is-Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u s-Simplifikazzjoni Amministrattiva Michael Falzon qed jibqa’ jinsisti illi fl-Iskandlu ta’ Strada Żekka huwa mexa mal-liġi. Għalkemm issa qed jammetti li f’dan il-każ l-affarijiet misshom saru b’mod differenti.
Waqt il-laqgħa “Gvern Li Jisma'” is-Segretarju Parlamentari Falzon saħaq li “il-Gvern akkwista nofs Palazz fil-Belt, li kienet toqgħod skola fih, li għandu saqaf tal-injam. Imxejna mal-liġi, għalkemm l-affarijiet setgħu mxew aħjar,” qal is-Segretarju Parlamentari Falzon.
//= $special ?>