Iċ-champions ta’ Franza PSG se jibdew jiddefendu t-titlu nhar il-Ġimgħa 7 ta’ Awwissu meta dakinhar jilagħbu barra minn darhom kontra Lille. Fl-istaġun li għadda PSG rebħu kull unur li hemm x’jintrebaħ f’pajjiżhom u fl-istaġun li ġej, minbarra li se jippruvaw ikomplu jiddominaw fi Franza se jkunu qed jippurvaw javanzaw aktar fiċ-Champions League. Fuq il-bank ta’ Lille se jkun qed jiddebutta l-kowċ il-ġdid tagħhom Herve Renard. Lyon jibdew f’darhom kontra Lorient filwaqt li Monaco jilagħbu barra minn darhom kontra Nice. Fl-ewwel logħba tagħhom Marseille jilagħbu kontra Caen. L-ewwel konfront dirett bejn PSG u Marseille se jintlagħab fl-4 ta’ Ottubru f’Pariġi filwaqt li fis-7 ta’ Frar PSG jilagħbu barra minn darhom kontra l-istess rivali. It-timijiet promossi ta’ Troyes u Gazelec Ajaccio jibdew l-avventura f’Ligue 1 b’logħba kontra xulxin filwaqt li Angers, li wkoll huma neo-promossi, jibdew barra minn darhom kontra Montpellier.
Il-programm tal-ewwel ġurnata:
Bordeaux v Reims
Nantes v Guingamp
Ajaccio v Troyes
Lille v PSG
Montpellier v Angers
Nice v Monaco
Marseille v Caen
Lyon v Lorient
Bastia v Rennes


