Is-sewwieq tal-Ferrari Sebastian Vettel irreġistra l-aqwa ħin waqt il-provi liberi għall-Grand Prix tal-Awstrija. Il-Ġermaniż, fit-tieni sessjoni għamel ħin ta’ 01.09.600’ filwaqt li Nico Rosberg tal-Mercedes irreġistra t-tieni l-aħjar ħin waqt it-tieni sessjoni. L-istess Rosberg kien l-aktar sewwieq veloċi waqt l-ewwel sessjoni meta għamel ħin aħjar minn dak ta’ sieħbu u champion renjanti Lewis Hamilton.
Ta min jinnota li Vettel, fl-ewwel sessjoni kellu probemi fil-gear box u għamel biss erba’ dawriet imma fit-tieni sessjoni kien l-aktar veloċi. Madankollu, Vettel reġa’ kellu problemi bil-karozza fl-aħħar nofs siegħa u kellu jieqaf isuq. Dan se jkun qed jittama biex li din il-problema tissolva biex fi tmiem il-ġimgħa jkun jista’ jissielet kemm għall-pole position u anke biex jirbaħ it-tellieqa tal-Ħadd.
Wara li rebaħ il-GP tal-Kanada Hamilton kien wissa lit-tim li l-Ferrari kienu qed juru progress kbir u r-riżultat li kiseb Vettel ilbieraħ ikompli jikkonferma dan. Fl-ewwel sessjoni kien hemm mument fejn is-sewwieq tal-Williams Felipe Massa daħal fil-pit-stop u bi żball kien se jtajjar lill-Kap tal-Ferrari Arrivabene.
//= $special ?>