Ftit tal-ħin Paul Ellul b’suċċess kiser ir-rekord ta’ Jean paul Fleri Soler li kien ilu stabbilit tlettin sena. Huwa għamel il-vjaġġ f’erbgħa siegħat, sebgħa u erbgħin minuta u erbgħa u tlettin sekonda. Ir-rekord l-antik kien ta’ ħames siegħat, sitta u ħamsin minuta, ħamsa u tlettin sekonda.
Ellul fl-ewwel reazzjoni tiegħu esprima sodisffazjon għal din il-kisba.
Aktar kmieni…
Paul Ellul bħalissa qiegħed jipprova jwaqqaf rekord ġdid fejn jidħol l-qsim permezz ta’ Windsurf bejn Malta u Sqallija, f’inizjattiva b’risq il-Malta Community Chest Fund.
L-attentat ta’ Ellul beda f’nofs in-nhar illum. Ir-rekord preżenti huwa f’idejn Jean Paul Fleri Soler u nkiseb tlettin sena ilu.
Il-pubbliku huwa mistieden jgħati donazzjoni ta’ €6.99 permezz ta’ SMS fuq in-numru 50618918 bil-kelma WINDSURF.
//= $special ?>

