Lokali

RITRATTI / FILMAT: Folla kbira tieħu sehem fil-Protesta Nazzjonali tal-Front Ħarsien ODZ

protest 2

Iktar minn 3,000 persuna dalgħodu attendew għal protesta nazzjonali organizzata mill-Front Ħarsien ODZ kontra l-iżvilupp fiż-Żonqor.

Rappreżentanti mill-partiti politiċi kollha, kunsillieri, membri ta’ għaqdiet volontarji u mijiet ta’ nies inġabru quddiem il-Parlament b’messaġġ wieħed: biex titħares art barra miż-żona tal-iżvilupp fiż-Żonqor, kontra l-proġett ta’ żviluppaturi Ġordaniżi imbuttat mill-Gvern ta’ Joseph Muscat.

protest 4

protesta 7

protesta 6

Fi stqarrija, Front Ħarsien ODZ irringrazzja lill-poplu Malti li warrab il-partiġġjaniżmu politiku u ngħaqad biex jitħares il-ġid komuni minn dawk li jridu jaħtfuh għalihom biss.

Il-Front sejjaħ għal darb’oħra biex il-Gvern jippubblika l-ftehim ma’ Sadeen Group u li l-MEPA tibda’ ġġib ruħha ta’ regolatur u mhux rubber stamp politika tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru.

Id-Dimostranti mxew tul Triq ir-Repubblika sa quddiem il-Qorti fejn l-organizzaturi indirizzaw lil dawk preżenti. Fost oħrajn tkellmu l-Viċi Sindku Laburista ta’ Marsascala Desiree Attard u l-Kunsillier Nazzjonalista tal-istess lokalita’ Charlot Cassar. Fost dawk li attendew kien hemm il-Kap tal-Opposizzjoni u tal-PN Simon Busuttil, id-Deputat tal-Gvern Marlene Farrugia u iktar minn 30 għaqda.

protesta 5

protest 3