Lokali

Gaffarena imur tajjeb finanzjarjament mill-illegalitajiet tiegħu stess

Ikomplu jiġu żvelati iktar dettalji dwar l-iskandlu ta’ Gaffarena.

Dan hekk kif il-ġurnal Times of Malta jiżvela kif art f’Ħal Qormi li ġiet trasferita lil Mark Gaffarena kellha l-valur tagħha mnaqqas b’90 fil-mija mill-Periti tal-Gvern minħabba bini illegali. Dan il-bini llegali ittella’ minn Gaffarena stess.

Fi kliem ieħor, mhux talli Mark Gaffarena kiser il-liġi, iżda talli mar tajjeb ħafna finanzjarjament minħabba l-illegalitajiet tiegħu stess.

Il-biċċa art imsemmija tinkludi l-istabbiliment Taċ-Ċavett, li nbena mingħajr permess.

Il-ġurnal Times of Malta qabbad periti indipendenti li kkonfermaw li l-art li ngħata Mark Gaffarena tiswa’ mill-inqas id-doppju tal-prezz ikkwotat mill-periti tal-Gvern