Internazzjonali

Ġest ta’ qima mis-Serbja lill-vittmi ta’ Srebrenica

Il-Prim Ministru tas-Serbja, Aleksandar Vucic qal li hu lest biex jattendi ċ-ċerimonji li jfakkru għeluq l-20 sena mill-massakru ta’ Srebrenica li jibqa’ msemmi bħala waħda mill-agħar atroċitajiet li qatt seħħew wara t-Tieni Gwerra Dinjija.

Vucic qal li lest ibaxxi rasu b’rispett għall-vittmi innoċenti ta’ Srebrenica bi kliemu qed jitqiesu bħala tentattiv lejn it-titjib tar-relazzjonijiet mal-Bosnija.

Il-massakru ta’ Srebrenica twettaq fis-sajf tal-1995 waqt il-Gwerra tal-Bosnja meta qawwiet Serbi-Bosnijaċi kienu daħlu f’dik iz-zona u qatlu kważi 8,000 irġiel u subien Musulmani. Is-Serbja, illum, qed tipprova tikseb sħubija fl-Unjoni Ewropea.