Il-Pulizija fiċ-ċentru taċ-Ċina għamlet numru ta’ arresti wara li mijiet ta’ residenti ta’ villaġġ attakkaw għassa fil-provinċja ta’ Hunan. L-inċidenti kienu stimolati mir-rabja tan-nies dwar ‘il-mod kif l-awtoritajiet ħadu ħsieb’ il-mewt ta’ mara żgħażugħa li seħħet ix-xahar li għadda.
L-Uffiċjali qalu li l-mewt tal-mara kienet dovuta għall-ivvelenar b’xi pestiċidju iżda l-qraba tal-mara akkużaw lil żewġha bħala ‘l-kaġun’ ta’ mewtha. Fil-fatt, dawn il-qraba kienu sawwtu lir-raġel inkwistjoni waqt li ħatfu lil xi uffiċjali lokali bħala ostaġġ meta dawn ippruvaw jintervjenu.
Ir-rapporti qalu li l-inkwiet beda nhar il-Ħamis wara li l-familja poġġiet il-katavru tal-mara – bħala forma ta’ preżentazzjoni – fid-dar tal-kunjata tagħha.
Stqarrija partikolari qalet li meta l-pulizija ppruvaw jikkalmaw is-sitwazzjoni huma spiċċaw attakkati u mġiegħlha jinżlu għar-rkubbtejhom quddiem il-katavru. Sigħat wara, mijiet ta’ residenti tal-villaġġ issieħbu spalla ma’ spalla mal-qraba ta’ dik il-mara fejn organizzaw protesta u, wara, attakkaw l-għassa tal-pulizija lokali.Fiċ-ċirkostanzi kien jeħtieġ l-intervent ta’ mijiet ta’ pulizija sakemm is-sitwazzjoni inġiebet taħt kontroll.
//= $special ?>
