Il-websajt tal-Wikileaks żvela li iben it-terrorista maqtul, Osama bin Laden, ftit tas-snin ilu kien talab lill-Istati Uniti biex tipprovdilu ċ-ċertifikat tal-mewt ta’ missieru.
Bin Laden kien inqatel, fl-2011, mill-qawwiet speċjali Amerikani meta hu kien mistoħbi fil-belt Pakistana ta’ Abbottabad. Sadanittant, illum qed tissemma ittra li tikkonferma t-talba ta’ ibnu u li ingħad li ħarġet mill-Ambaxxata Amerikana fl-Arabja Sawdija. L-ittra hi fost 60,000 dokument tal-Gvern Sawdi maħruġa mill-Wikileaks.
Il-Konslu Ġenerali kien kiteb lil Abdullah Bin Laden fl-2011 ( erba’ xhur wara l-qtil tat-terrorista) u qallu li ma setax jipprovdi ċ-ċertifikat għaliex ‘dan qatt ma ħareġ. Hu minflok ipprovda r-rekords tal-qorti (tal-Istati Uniti) bħala l-provi dwar il-mewt ta’ Osama Bin Laden.
Il-Wikileaks qed joħroġ mal-500,000 dokument tal-Ministeru Sawdi għall-Affarijiet Barranin. Intant, il-leak partikolari hu simili għall-każ tal-2010 li kien ta prominenza dinjija lill-Wikileaks u meta d-data mid-Dipartiment tal-Istat Amerikan kienet ħarġet għall-konsum tal-pubbliku.
//= $special ?>