“Ħa nkun ċara fejn tidħol l-aspettativa. Is-summit ta’ nhar it-Tnejn jista’ jkun biss summit ta’ deċiżjonijiet jekk ikun hemm xi ħaġa fuq xiex wieħed jibni deċiżjoni”. Hekk saħqet il-Kanċillier tal-Ġermanja Angela Merkel il-bieraħ filgħaxija meta tkellmet dwar is-sitwazzjoni tal-Greċja. Merkel kienet ċara fit-twissija tagħha li s-summit ta’ nhar it-Tnejn kien jiddependi b’mod totali fuq li l-Greċja tilħaq ftehim mal-kredituri tagħha sa nhar it-Tnejn.
It-tensjoni tas-sitwazzjoni wasslet sabiex matul din il-ġimgħa madwar erbgħa biljun Ewro ġew rtirati mill-banek Griegi f’sitwazzjoni li qegħda toħloq bosta diffikultajiet. Minn naħa tiegħu l-Bank Ċentrali Ewropew approva għajnuna għal banek Griegi.
U f’mossa oħra, r-Russja qalet li kienet lesta toffri kreditu lil Greċja b’bosta analisti jisħqu li r-Russja mbgħad tasal titlob lil Greċja sabiex topponi s-sanzzjonijiet kontra Moska b’rabta mal-aggressjoni tar-Russja fl-Ukrajna.
//= $special ?>