Lokali

IL-ĠURNALI DALGĦODU

IL-ĠURNALI S-SIBT 20 TA’ ĠUNJU 2015

IN-NAZZJON fil-faċċata titkellem dwar il-Protesta Nazzjonali li ser ssir illum fl-għaxra ta’ filgħodu quddiem il-Parlament fejn titkellem ukoll dwar dak li qal l-PN li l-gvern għandu jippubblika minnufih il-kuntratt li ffirma mal-iżviluppaturi tal-Ġordan. In-Nazzjon titkellem ukoll dwar l-istqarrija tal-Partit Nazzjonalista li fiha ntqal li l-gvern qiegħed juża d-DOI biex joħnoq il-verita’.

THE TIMES OF MALTA ukoll bl-iskandlu ta’ Strada Zekka fil-faċċata tikxef kif Gaffarena gawda permezz ta’ ksur tal-liġi. The Times tgħid li art mgħotija lil Mark Gaffarena kellu l-valur tagħha mnaqqas mill-gvern b’disgħin fil-mija minħabba binijiet illegali li bena Gaffarena stess. The Times titkellem ukoll dwar ix-xena internazzjonali u f’ritratt turi l-laqgħa bejn il-President Russu Vladimir Putin u l-Prim Ministru Grieg Alexis Tsipras.

L-ORIZZONT, il-ġurnal tal-GWU, minn naħa l-oħra jgħid li din is-sena Malta ser ikollha ekonomija akbar. L-Orizzont titkellem ukoll dwar l-ewwel rig taż-żejt fil-Malta Maritima Hub.

THE MALTA INDEPDENT fil-faċċata tgħid li Charles Polidano u Sandro Chetcuti kienu pprovaw jixtru art fiż-Żonqor iżda l-proġett tagħhom li baqa’ ma’ matterjalizzax m’għandu ebda rabta mal-iżvilupp propost mill-gvern. The Malta Indepdent ukoll bħal The Times tpoġġi s-sitwazzjoni tal-Greċja fil-paġna ta’ faċċata u tgħid li l-Ministru Edward Scicluna huwa xettiku dwar kemm ser ikun hemm progress dwar is-sitwazzjoni.