Minflok jieħu azzjoni immedjata biex jara li jekk hemm periklu f”binja Buqana, l-Imtarfa, jiġi rranġat minnufih minn min huwa responsabbli, il-Gvern tal-konkos reġa’ waqqaf inkjesta oħra bis-suppost Imħallef indipendenti, l-eks deputat Laburista Philip Sciberras. Hekk saħqet fi stqarrija x-Shadow Minister għal Politika Soċjali Paula Mifsud Bonnici.
L-istqarrija kompliet tgħid li jekk kemm-il darba l-Gvern għandu rapport tekniku li jgħid li hemm problemi strutturali ġejjin minn konkos diffettuż, allura flok itawwal, għandu jieħu azzjoni immedjata. L-azzjoni immedjata għandha tkun li jieħu passi kontra min provda l-konkos.
L-Oppożizzjoni qalet li hija kienet qegħda tisfida lill-Gvern – jekk vera għandu l-interess tar-residenti – sabiex jieħu azzjoni immedjata u mhux itawwal aktar.
Fl-istqarrija l-oppożizzjoni staqsiet kif ġew appuntati l-ARUP għal dan ix-xogħol ta’ ttestjar u jekk inħarġitx sejħa għall-offerti.
L-istqarrija kompliet tistaqsi għaliex reġa’ ġie appuntat l-eks deputat Laburista Philip Sciberras biex imexxi l-inkjesta meta kulħadd jaf li dan ma jista qatt ikun indipendenti għaliex huwa appuntat mill-Gvern Laburista f’numru ta’ bordijiet pubbliċi u li allura ma jista’ qatt jigdem l-id li qegħda tisqiħ.
//= $special ?>
