Lokali

Il-President f’laqgħa ma’ l-għaqdiet li jaħdmu mar-refuġjati

Il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca kellha laqgħa ma’ numru ta’ għaqdiet li jaħdmu fil-qasam tal-refuġjati u dan hekk kif illum ikun mfakkar il-Jum Internazzjonali tar-Refuġjati. Il-laqgħa kienet organizzata mill-President’s Foundation for the Wellbeing of Society.

Għal laqgħa kien hemm preżenti fost l-aħjar membri tal-Migrant Network for Equality, Migrant Women Association, Ethiopian Community Association of Malta, Malta Migrants Association, African Media Association, Habesha Community u l-Oromo Group. Dawn l-għaqdiet tkellmu dwar l-esperjenzi u l-miri tagħhom. Tkellmu wkoll dwar numru ta’ problemi li huma jiffaċjaw fosthom meta l-media b’mod żbaljat titkellem dwar inċidenti li jirreferu għal ‘immigranti illegali’.

Tkellmu ukoll dwar is-sitwazzjoni tal-migrazzjoni u l-familji tal-immigranti.

Intant fi stqarrija separata l-Migrant Offshore Aid Station qalet li llum għandu jservi ta’ tifkira lill kullħadd sabiex jgħati prijorita’ lill-umanita’ waqt diskussjonijiet dwar l-immigrazzjoni. “Kullħadd għandu d-dritt għal ħajja u għalhekk l-MOAS ser tkompli bil-ħidma tagħha” saħaq id-direttur Martin Xuereb.