Futbol Sport

Il-vaganza ta’ Ander Herrera f’Malta fit-Top 9 tal-gazzetta Spanjola Marca

Il-vaganza qasira li l-plejer ta’ Manchester United Ander Herrera qatta’ f’Malta iktar kmieni din il-ġimgħa tniżżlet fit-Top 10 tal-vaganzi tal-plejers mill-gazzetta ewlenija Spanjola Marca.

Marca ġabret sensiela ta’ ritratti li tellgħu plejers ta’ kull nazzjonalita’ li jilgħabu għall-klabbs ewlenin fid-dinja u bbażat it-Top 10 tagħha skont dawn ir-ritratti.

Herrera kklassifika fid-9 post tal-klassifika bir-ritratt tiegħu jogħdos fl-ibħra ċari li toffri Malta. Fil-lista kien hemm ukoll fost l-aqwa plejers fid-dinja bħal Cesc Fabregas ta’ Chelsea, Alvaro Arbeola u Karim Benzema ta’ Real Madrid kif ukoll Ivan Rakitic ta’ Barcelona.