Il-Paroċċa ta’ San Ġorġ f’Ħal Qormi llejla ser tkun qegħda tilqa’ lura lill-istatwa titulari wara li matul l-aħħar sena sar fuqha restawr, u llejla se jiġi inawgurat u mbierek dan ir-restawr. Apparti l-istatwa, ix-xogħol ta’ restawr kien jinvolvi wkoll il-pedestall kif ukoll in-niċċa li fiha tinżamm l-istatwa fil-knisja.
L-istatwa titulari ta’ San Ġorġ hija xogħol l-artist Pietru Felici u l-aħħar darba li sar xogħol estensiv ta’ restawr fuq din l-istatwa kien fl-1895. Fost dawk li ħadmu fuq ix-xogħol ta’ restawr fuq din il-vara kien hemm l-artisti Camilleri Cauchi.
Għall-okkazzjoni tal-lejla li ser issir fuq iz-zuntier tal-knisja fit-tmienja neqsin kwart tħejja programm speċjali u se jieħdu sehem ukoll iż-żewġ baned tal-parroċċa.
It-tberik tal-istatwa, tal-pedestall u tan-niċċa se jsir mill-Arċipriet tal-parroċċa, Dun Anton Cassar.
//= $special ?>