Il-Kanċillier tal-Ġermanja, Angela Merkel, wissiet li jrid jintlaħaq ftehim bejn il-Greċja u l-kredituri internazzjonali tagħha qabel l-Unjoni Ewropea tiltaqa’ nhar it-Tnejn għal summit urġenti.
Merkel qalet li jekk il-ftehim ma jintlaħaqx mhux se tkun tista’ toħroġ deċiżjoni minn dan is-summit.
Il-Greċja għad fadlilha anqas minn ġimgħatejn biex tilħaq ftehim u meta hemm is-sogru li hi ma tirrispettax l-obbligi tagħha fuq id-djun li akkumulat. Il-Gvern f’Ateni għandu sat-30 ta’ Ġunju biex jagħmel pagament ta’ 1.6 biljun ewro bħala parti mid-dejn dovut lill-Fond Monetarju Internazzjonali.
//= $special ?>