Il-politiku kontroversjali Olandiż, Geert Wilders, qed jinsisti biex il-karikaturi dwar il-Profeta Muhammad ( il-fundatur tal-Iżlam) ‘jixxandru fuq it-Televiżjoni tal-Olanda’ wara li s-suġġett ma xxandarx ‘kif xtaq hu’ f’dawn l-aħħar sigħat.
Wilders, estremista tal-lemin, irrefera għal ‘nuqqas ta’ ftehim’ man-network inkwistjoni bħala r-raġuni għalfejn il-karikaturi ma dehrux fuq ix-xandir nazzjonali. Ix-xandira tal-karikaturi kienet ippjanata waqt slot partikolari allokat lill-partiti politiċi.
Il-karikaturi kienu ntwerew ix-xahar li għadda waqt avveniment organizzat fl-Istati Uniti u li spiċċa mira ta’ żewġ aggressuri armati li, wara, inqatlu mill-gwardjani tas-sigurta fl-inħawi. Intant, ir-rapporti qalu li Geert Wilders kien fost il-kelliema f’dak l-avveniment partikolari.
Ix-xandir ‘ippjanat’ tal-karikaturi dwar Muhammad fl-0landa suppost kellu jiżvolġi f”mument importanti’ għal Wilders. Dan meta numru ta’ Musulmani qed jixlu lill-politiku dwar ‘kruċjata speċifika kontra l-Islam’. Iżda minflok ma ntwerew il-karikaturi, is-slot allokat lill-Partit tal-Ħelsien (radikali) ta’ Wilders kien iddedikat lil rekording antik dwar l-immgranti.
Ir-reazzjoni ta’ Wilders kienet rabbjuża, bil-politiku jispiċċa jiċċirkola l-filmat intenzjonat fuq il-media soċjali u ladarba l-karikaturi baqgħu ma dehrux fuq it-Televiżjoni Olandiża.
//= $special ?>