Internazzjonali

Massakru ieħor fil-Messiku

Persuni armati fil-Messiku qatlu talanqas għaxra ġo ċentru għad-distribuzzjoni tal-birra fil-muniċipalita ta’ Garcia, li tinsab qrib il-belt ta’ Monterrey.

Ir-rapporti mill-inħawi qalu li wħud mietu waqt li kienu qed jitwasslu l-isptar dritt wara l-attakk bl-aggressuri anki jispiċċaw jisirqu mill-katavri tal-vittmi.

L-awtoritajiet Messikani qed jinvestigaw rabtiet bejn dan l-attakk u l-gruppi tal-kriminalita organizzata, fosthom il-cartels tad-droga li huma attivi fir-reġjun.