Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil is-Sibt filgħodu pparteċipa fit-TechnoGym Challenge organizzata b’risq l-Inspire.
Kif tispjega Christine Gingell, għal kull kilometru li saru fuq treadmills apposta, ingħatat donazzjoni lill-Inspire.
Matul il-ġurnata kienu ħafna dawk li hekk kif kienu għaddejjin mill-inħawi tal-Fortizza, max-Xatt ta’ Tas-Sliema, sfidaw is-sħana u mxew jew ġrew bħala parti minn din l-isfida.
B’hekk ikkontribwew u għenu lill-Fondazzjoni Inspire li toffri servizzi lil persuni b’diżabilta’.
//= $special ?>

