Hekk kif l-Istati Uniti għadha xxukkjata dwar il-massakru ta’ nofs il-ġimgħa li seħħ ġo knisja ta’ Charleston, fl-Istat ta’ South Carolina, ftit tal-ħin ilu ġie żvelat il-manifest razzist ta’ dak li wettaq il-massakru. Dakinar zgħażugħ ta’ 21 sena qatel disa’ Afrikani-Amerikani fi sparatura li qed tissejjaħ bħala reat ta’ mibgħeda.
Iż-żgħażugħ inkwistjoni, li jismu Dylann Roof u li spiċċa arrestat ftit wara mill-pulizija, tressaq il-qorti fejn kien akkużat b’disa’ każi ta’ omiċidju. Fil-manifest tiegħu jissemma kif hu kien ispirat li jagħmel dak li għamel minħabba n-numru dejjem jikber ta’ persuni b’karnaġġjun sewda fil-belt tiegħu. Fi kliemu stess, kien hemm bżonn li xiħadd jagħmel xi ħaġa.
Din id-dikjarazzjoni ġabet iktar stmerrija mill-Istati Uniti, iktar u iktar hekk kif hu ma wera l-ebda emozzjoni meta l-qraba tal-vittmi tiegħu indirizzawh direttament u qalulu li jaħfrulu għad-delitt faħxi li wettaq. Intant, il-President Obama qal li l-Amerikani jeħtieġu jkunu viġilanti fil-konfront tar-razziżmu li qed jivvelena l-imħuħ taż-żgħażagħ minbarra li jittradixxi l-ideali tal-poplu.
Intant, il-President tal-Istati Uniti, Barack Obama għamel diskors f’San Francisco fejn enfasizza li r-razziżmu jibqa’ tebgħa kbira fuq is-soċjeta u li l-Amerikani għandhom id-dmir li jikkumbattuh bħala impenn kollettiv.
//= $special ?>