Tarbija ta’ tliet ġimgħat mietet il-Ħadd wara li kienet attakkata mill-kelb tal-familja f’Sunderland.
Il-kelb jidher li hu tar-razza Patterdale terrier u l-attakk seħħ is-Sibt. Issa raġel ta’ 30 sena jinsab taħt arrest u l-kelb mistenni jinqatel mill-awtoritajiet. Il-Pulizija qalet li qed tinvestiga ċ-ċirkustanżi ta’ dak li ġara.
Skont ġirien tal-familja tat-tarbija, il-kelb kien ilu mal-familja għal madwar sena u kien magħruf fl-inħawi għaliex kien dejjem jaħrab imma ntqal li hu qatt ma ta impressjoni li kien kelb perikoluż u qatt ma ħebb għal ħadd.
IR-RENJU UNIT:Tmut tarbija wara li kienet attakkata minn kelb
