F’telefonata fuq l-istazzjon tal-Partit Laburista, iktar kmieni dalgħodu, il-Prim Ministru Joseph Muscat fl-ebda ħin ma irrefera għall-iskandlu tal-każ ta’ Mark Gaffarena, jew l-iżviluppi ġodda f’dan ir-rigward.
U dan minkejja n-numru ta’ mistoqsijiet li qed jitqajjmu dwar il-każ ta’ Gaffarena, u li qed jibqgħu bla tweġiba.
Meta tkellem dwar il-protesta li saret ilbieraħ filgħodu fi Triq ir-Repubblika, fil-belt Valletta, protesta li rat is-sehem ta’ iktar minn tliet’elef Malti u Għawdxi, il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li “ħa l-messaġġ” imma se jipprova jsib soluzzjoni li fiha “sens komun”.
Hu tkellem dwar il-bżonn li jintlaħaq kompromess dwar dan is-suġġett, filwaqt li injora għal kollox l-għajta ta’ dawn l-eluf li mhux qed jappellaw għall-kompromess, iżda kontra kull sfreġju tal-ambjent, u kontra kull bini li jista’ jsir barra miż-żona tal-iżvilupp, fosthom bil-proġett fiż-Żonqor, f’Marsaskala.
//= $special ?>

