B’rabta mal-istorja dejjem tiżvolġi ta’ Mark Gaffarena, li sar multimiljunarju mil-lejl għal nhar, il-gazzetta il-mument illum ħabbret kif il-Gvern ta’ Muscat qed jesperjenza pressjoni dejjem tikber minħabba dan l-iskandlu.
U dan jidher mill-fatt li l-Prim Ministru stess kien talab għar-riżenja tas-Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u Simplifikazzjoni Amministrattiva, Michael Falzon, b’Falzon iwarrab din it-talba
Iżda din l-istess talba tal-Prim Ministru ġiet imwarrba minn Michael Falzon innifsu, li kif kwotat fil-mument, qed iżomm iebes biex ma jirriżenjax mill-kariga tiegħu.
Is-Segretarju Parlamentari Michael Falzon, f’din l-aħħar ġimgħa, ingħata ħafna attenzjoni, wara spekulazzjoni dwar titjiriet li kellu ma’ Mark Gaffarena, possibilment anke sal-Arġentina. Kien l-istess Michael Falzon li iffirma l-kuntratt ta’ esproprjazzjoni li biddlet il-ħajja ta’ Mark Gaffarena mil-lejl għal nhar.
//= $special ?>

