Minkejja l-wegħdiet elettorali u d-dikjarazzjonijiet favur in-nies tan-naħa t’isfel ta’ Malta, il-verita’ hi li l-Gvern Laburista qed jipproponi żewġ proġetti għal din iż-żona: tanker tal-gass mimli perikli fil-port ta’ Marsaxlokk u l-qerda taż-Żonqor.
Dan sostnieh il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-PN Simon busuttil meta tkellem f’laqgħa dwar in-naħa t’isfel ta’ Malta fil-Każin Nazzjonalista tal-Kalkara. Fil-laqgħa tkellmu wkoll ix-Shadow tal-Oppożizzjoni għall-Ekonomija Claudio Grech u l-kelliema tal-Oppożizzjoni Stephen Spiteri u Toni Bezzina.
Dwar il-każ taż-Żonqor, il-Kap tal-PN Simon busuttil sostna li l-Gvern irid jeqred l-uniku pulmun li fadal fin-Nofsinhar ta’ Malta. L-iskandlu hu ikbar meta hu stabbilit li hemm nies viċin il-Partit Laburista, minn żmien l-eks Ministru Lorry Sant, li għandhom art privata fiż-żona.
Fl-istess waqt li jrid jeqred iż-Żonqor, il-Gvern irid ipoġġi tanker tal-gass enormi fil-port ta’ Marsaxlokk b’perikli kbar għal-lokalitajiet taż-żona.
Dan kollu qed isir sostna l-Kap tal-Oppożizzjoni, bl-approvazzjoni tal-MEPA, li qed taġixxi fuq struzzjonijiet tal-Prim Ministru flok tiddefendi l-ambjent. Kien propju għalhekk li l-Gvern poġġa persuni Laburisti fl-istituzzjonijiet, biex ikun jista’ jikkontrolla u jagħmel li jrid.
Simon Bussutil qal li l-Partit Nazzjonalista se jibqa’ jiddefendi l-ambjent fin-Nofsinhar ta’ Malta flimkien mad-demokrazija fil-pajjiż. Il-messaġġ li l-poplu qed jibgħat lil Joseph Muscat hu biex ma jgħarraqx l-ambjent
Meta trattaw l-iżvilupp propost mill-Gvern Laburista fin-naħa t’isfel ta’ Malta u dak li wettqu gvernijiet nazzjonalisti fl-istess reġjun, Claudio Grech, Toni Bezzina u Stephen Spiteri qalu li gvernijiet nazzjonalisti investew biex ħolqu opportunitajiet għar-residenti tal-Kottonera u tan-Nofsinhar ta’ Malta waqt li ħolqu proġetti infrastrutturlai li tejbu l-ambjent fiżiku taż-żona u għamlu l-kottonera destinazzjoni ta’ kwalita’.
//= $special ?>


