Lokali

Raġel jitlef ħajtu, ieħor f’qagħda kritika

Ingliż ta’ 59 sena tilef ħajtu wara li għereq fi Blue Lagoon, f’Kemmuna, għall-ħabta tas-1.30pm.

Wara li ttella’ mill-baħar ir-raġel immedjatament ingħata attenzjoni medika u ttieħed l-isptar generali ta’ Għawdex għall-kura intensiva. Madankollu, tilef ħajtu ftit tal-ħin wara. Il-Maġistrat Coppini ħatar diversi esperti biex jassistuh fl-inkjesta.

F’incident ieħor din id-darba tat-traffiku, raġel ta’ 32 sena minn Tas-Sliema jinsab f’qagħda kritika wara inċident tat-traffiku fi Triq Burmarrad dalgħodu. L-incident seħħ bejn karozza Honda misjuqa mir-raġel ta’ 32 sena u Toyota Lite misjuqa minn ragel ta’ 39 sena minn Birkirkara.

Fil-ħin tal-incident iż-żewġ vetturi kienu qed jinstaqu fl-istess direzzjoni.