L-attakkant ta’ 20 sena mill-Bożnija u li għandu ukoll passaport Taljan, Edin Murga jinsab viċin li jiffirma ma’ Birkirkara.
Dan l-isem kien żvelat mill-President tal-klabb Adrian Delia waqt il-programm Replay Ikompli fuq Radio 101.
Murga kien qed jilgħab l-aħħar ma’ Vendsyssel FF fid-Danimarka. Fil-passat lagħab ukoll fil-livell ta’ taħt id-19-il sena ma’ Zeljeznicar u FK Sarajevo fl-ukrajna u AEK FC fil-Greċja.
Iktar aħbarijiet mix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).
//= $special ?>

