Serb ta’ 41 sena residenti l-Gżira sofra feriti gravi wara li dalgħodu waqa’ minn għoli ta’ madwar tmien filati f’sit ta’ kostruzzjoni f’Ħal Luqa.
Il-każ seħħ ftit qabel it-8.30am fi Triq San Tumas.
Il-ħaddiem ittieħed b’Ambulanza l-Isptar Mater Dei, fejn kien iċċertifikat li qed isofri minn feriti gravi.
Il-każ qed jiġi investigat mill-Pulizija tad-Distrett ta’ Ħal Luqa.
//= $special ?>

