Futbol Sport

Attakkant promettenti mill-Ukrajna ma’ Balzan

Balzan mistennija jiffirmaw lill-attakkant Ukren ta’ 24 sena, Serhiy Shevchuk. Shevchuk kien qed jilgħab l-aħħar fl-ogħla diviżjoni fil-Latvja ma’ FK Banga Gargždai. Hu lagħab 55 darba għat-timijiet nazzjonali tal-Ukrajina fil-livell taż-żgħażagħ u skorja 19-il gowl. Hu mifhum li Balzan diġa’ laħqu ftehim ma’ Shevchuk u din il-ġimgħa se jkun qed jilgħab f’partita ta’ ħbiberija kontra Valletta. Din l-istorja kienet żvelata b’mod esklussiv fuq il-paġna ta’ Facebook tal-programm sportiv Replay.