Futbol Sport

B’Kara jiffirmaw lil Plut u jkomplu bid-diskussjonijiet ma’ Miccoli

L-attakkant Sloven Vito Plut iffirma kuntratt ta’ tliet snin ma’ Birkirkara. Fl-aħħar jiem l-eks Floriana kien parti mill-kontinġent ta’ Birkirkara għall-kamp ta’ taħriġ f’Roccaporena, l-Italja. Dalgħodu l-paġna ta’ Replay fuq Facebook kif ukoll Maltarightnow żvelaw din l-istorja u ħabbru li Plut kien viċin ħafna li jsir plejer ta’ B’Kara. Il-firma ta’ Plut seħħet fl-Italja fil-presenza tal-President tal-klabb, l-Avukat Adrian Delia.

Fabrizio Miccoli

Intant f’aħbar oħra esklussiva, nhar is-Sibt li għadda l-President ta’ Birkirkara Adrian Delia kellu laqgħa oħra mal-attakkant ta’ 35 sena Fabrizio Miccoli bl-għan li l-plejer jilgħab mal-klabb. Din il-laqgħa ssaret propju f’Roccaporena, fl-Italja, fejn l-iskwadra Karkariża tinsab għal kamp ta’ taħriġ. Birkirkara u Miccoli għadom għaddejjin b’diskussjonijiet dwar il-possibilta’ ta’ dan l-akkwist.

Għal aktar stejjer dwar is-suq tat-trasferimenti tal-futbol lokali widħol jista’ jidħol fuq il-paġna ta’ Facebook tal-programm sportiv Replay.