Internazzjonali

Ferħ ta’ ljun adottat minn kelba u jsalva

Ferħ ta’ ljun, li ġie rifjutat minn ommu ftit biss wara li twieled, issa ġie ‘adottat’ minn kelba li qed tagħtih il-ħalib tagħha.

Il-każ qed iseħħ f’zoo f’Gaza, fix-Xatt tal-Punent wara li ħaddiema kkuntattjaw veterinarju fil-Kanada li tahom il-parir li l-ħalib tas-sider tal-kelba hu l-eqreb ta’ ljun.

L-omm, li welldet tlett ifrieħ, abbandunathom ftit wara u tnejn minnhom mietu. L-uniku ferħ li salva issa qed jingħata l-ħalib mill-kelba li welldet ftit ilu u li l-ewwel tagħti x’jixorbu liż-żgħar tagħha imma dritt iddur għal fuq il-ferħ.

Il-ħaddiema taż-zoo qalu li għall-bidu t-tnejn ma setgħux jidraw imma issa qisha biċċa xogħol normali. Sa fejn jafu huma, din hi l-ewwel darba f’Gaza li kelba adottat ferħ ta’ ljun.