Lokali

Filmat: Jigref ġenb sħiħ ta’ Mercedes

Filmat li ttella’ fuq Facebook juri raġel li ftit qabel l-erba’ ta’ filgħodu giref ġenb sħiħ ta’ karozza lussuża, tat-tip Mercedes E Class, li kienet ipparkjata f’Paola Road, f’Ħal Tarxien.

Il-każ seħħ jumejn ilu, nhar is-Sibt li għadda. Kif jidher fil-filmat, ir-raġel mexa’ speċifikament lejn din il-karozza, u waqt li kien għaddej minn maġenb il-karozza girfilha l-ġenb b’oġġett li kellu f’idu.

Sid il-karozza f’appell fuq Facebook talab għall-għajnuna biex ikun magħruf ir-raġel, li jidher li hu fartas, u li wettaq dan l-att. Hu qed joffri wkoll €500 lil min jgħaddi xi nformazzjoni utli biex jissolva dan il-każ.