Tfajla li x’aktarx hi barranija daħlet f’pet shop u serqet numru ta’ prodotti, fosthom ikel tal-klieb. Il-każ seħħ nhar il-Ħamis 11 ta’ Ġunju mill-ħanut li jinsab fi Triq Tal Gardiel, f’Wied il-Għajn.
Jidher li din mhux l-ewwel darba li t-tfajla użat dan il-ħanut b’sidu jispjega kif is-suspett tiegħu hu li hi Taljana għaliex kellmitu bit-Taljan.
Kif jidher fil-filmat, qabel it-tfajla bdiet tieħu l-affarijiet minn fuq l-ixkafef, hi ħarset għal iktar minn darba lejn il-kameras tas-sigurta’ tal-ħanut.
F’appell fuq Facebook, sid il-ħanut wissa’ lil sidien oħra biex joqgħodu attenti għal din it-tfajla biex ma jispiċċawx vittmi huma wkoll. Kull min għandu xi nformazzjoni hu mħeġġeġ jgħaddiha lill-Pulizija, anke’ b’mod unanimu.
//= $special ?>

