Futbol Sport

Floriana interessati f’Gareth Sciberras u B’Kara f’Clyde Borg

Floriana qed juru interess fl-akkwist tal-midfielder internazzjonali Malti u ta’ B’Kara Gareth Sciberras. Il-President tal-greens Riccardo Gaucci għandu x-xewqa li jakkwista lil dan il-plejer pero jidher li ebda deċiżjoni dwar il-possibiltà ta’ dan it-trasferiment m’hi se tittieħed għalissa jew qabel l-impenji ta’ B’Kara fl-Ewropa.

Clyde Borg

Fl-istess waqt B’Kara huma interessati fil-midfielder Clyde Borg ta’ Floriana iżda hi eskluża l-possibiltà li jkun hemm xi forma ta’ ftehim ta’ tpartit anke għaliex Floriana m’humiex interessati li jċedu lil Borg li hu wieħed mill-aktar plejers promettenti li għandu l-klabb u għad għandu biss 23 sena.

Din l-istorja kienet żvelata b’mod esklussiv fuq il-paġna ta’ Facebook tal-programm sportiv Replay.