Ħmistax-il uffiċċju tal-Kunsilli Lokali mhumiex aċċessibbli għal kulħadd. F’Malta jirriżulta li huma 13-il uffiċċju tal-Kunsili Lokali li mhumiex aċċessibbli għal persuni bi bżonnijiet speċjali, u tnejn oħra f’Għawdex.
Din l-informazzjoni ngħatat fi tweġiba għal mistoqsija parlamentari tax-Shadow Minister għal Għawdex, Chris Said.
Il-Ministru Owen Bonnici responsabbli mill-Kunsilli Lokali, qal li hawn 53 uffiċċji tal-Kunsilli Lokali – 43 f’Malta u għaxra f’Għawdex – li huma aċċessibbli għal kulħadd.
Il-Kunsilli Lokali li l-uffiċċju tagħhom mhux aċċessibbli għal kuħadd huma tal-Belt Valletta, l-Imdina, il-Birgu, Ħ’Attard, Ħal Balzan, il-Fgura, il-Gudja, l-Iklin, Ħal Lija, il-Qrendi, ir-Rabat, Santa Luċija u Santa Venera f’Malta; u l-Munxar, u x-Xagħra f’Għawdex.
//= $special ?>