Lokali

IL-ĠURNALI DALGĦODU

Ħarsa lejn il-gazzetti li ħarġu llum it-Tnejn, 22 ta’ Ġunju.

IN-NAZZJON bid-dettalji ta’ intervista imxandra lbieraħ fuq Radio 101 li fiha l-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil sostna illi l-iskandlu ta’ Gaffarena huwa biss the tip of the iceberg.

THE MALTA INDEPENDENT b’rapport dwar iż-żgħażagħ Taljani li pruvaw iwaqqfu ajruplan fuq il-mitjar nhar l-Erbgħa – kwotati fil-ġurnali Taljani jgħidu li kienu trattati daqs kriminali.

L-ORIZZONT tkompli issegwi l-allegazzjonijiet ta’ abbużi fuq il-kundizzjonijiet tal-ħaddiema fil-Kitchen Garden tal-President f’San Anton.

THE TIMES OF MALTA b’rapport dwar kumpaniji u individwi li għandhom jieħdu €2 miljun mill-propjetarju tat-Tyson Butcher li nqatel is-sajf li għadda.