Internazzjonali

L-ajruport ta’ Varsavja fil-mira tal-hackers

L-ajruport internazzjonali ta’ Varsavja, il-belt kapitali Pollakka, safa fil-mira tal-hackers bil-konsegwenza li mijiet ta’ passiġġieri baqgħu l-art peress li tħarbtu t-titjiriet.
Fil-mira kien hemm is-sistema tal-kompjuters tal-linja tal-ajru LOT, il-linja nazzjonali Pollakka.
L-attakk, li seħħ il-Ħadd, effettwa lil madwar 1,400 passiġġier li kellhom jibqgħu l-art sakemm l-awtoritajiet sabu tarf tas-sitwazzjoni. Fil-mira kien hemm il-kompjuter li joħroġ ir-rotot tat-titjiriet.
Kelliemm għal-LOT qal li l-problema kienet solvuta wara madwar ħames sigħat imma għaxar titjiriet, kemm interni, kif ukoll internazzjonali, kellhom jitħassru filwaqt li oħrajn telqu tard.Hu insista li fl-ebda ħin ma kien hemm periklu għat-titjiriet li kienu fl-ajru.
Mhux magħruf min kien wara dan l-attakk li qanqal ħafna tħassib minħabba d-diżastru li seta’ kkawża u