Lokali

L-Oppożizzjoni f’laqgħa mal-Mibgħut Speċjali tal-Istati Uniti għad-Drittijiet ta’ Persuni LGBT

Il-Kelliem tad-Drittijiet taċ-Ċittadini Clyde Puli, llum waranofsinhar, iltaqa’ mal-Mibgħut Speċjali tal-Istat Amerikan għad-Drittijiet tal-Bniedem ta’ Persuni LGBT Randy Berry fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista fil-Pietà. Waqt din il-laqgħa, ġie spjegat kif l-istorja tal-Partit Nazzjonalista turi kif il-Partit Nazzjonalista dejjem kien fuq quddiem fil-ġlieda għal-libertajiet f’pajjiżna.

Randy Berry, li qiegħed f’Malta għal żjara ta’ tliet ijiem għal laqgħat uffiċjali, stqarr li llum-il ġurnata, Malta tista’ sservi ta’ eżempju globali f’dak li għandu x’jaqsam ma’ drittijiet ta’ persuni LGBT.

Randy Berry stqarr l-apprezzament tiegħu għal-laqgħa mal-Partit Nazzjonalista, u esprima x-xewqa ta’ aktar kollaborazzjoni bejn Malta u l-Istati Uniti, b’mod speċjali fis-settur tad-drittijiet u liberatjiet ċivili.