Lokali Qorti

Mara tammetti li serqet ċurkett li jiswa €4,600

Mara miż-Żejtun ingħatat is-sentenza ta’ sentejn priġunerija sospiżi wara li ammettiet li serqet ċurkett meta kienet qed tnaddaf f’residenza f’Ħal Luqa. Iċ-ċurkett għandu l-valur ta’ €4,600.

Fil-Qorti, il-mara qalet li kienet għaddejja minn żminijiet diffiċli minħabba li kienet isseparat minn ma’ żewġha u kellha tlett itfal x’tieħu ħsieb, li waħda minnhom kienet marida.

Il-fatiga ġiet ordnata tħallas iċ-ċurkett fi żmien sitt xhur u tħallas ukoll b’€500 fi spejjeż tal-Qorti fi żmien tliet xhur.