Internazzjonali

Mietet l-attriċi Taljana Laura Antonelli

Tħabbret il-mewt tal-attriċi Taljana Laura Antonelli li fis-snin Sebgħajn kienet sex symbol taċ-ċinema Taljan. Hi mietet f’Ladispoli madwar 35 kilometru minn Ruma f’eta ta’ 73 sena. Hi instabet mejta mal-art minn fattiga li marret id-dar tagħha.

Wara li ma komplitx taħdem films, Laura Antonelli għaddiet minn żmien diffiċli ħafna fejn spiċċat sfigurata minħabba plastic surgery u minħabba f’hekk spiċċat f’depressjoni kif ukoll minħabba abbuż ta’ droga. Hi kienet talbet li jekk tmut kellhom ikunu avżat biss ħuha, Claudio li jgħix il-Kanada, persuna mill-knisja tal-lokal u l-atturi veterani Lino Banfi u Claudia Koll.