Il-Europol, l-aġenzija tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea, fasslet taqsima ġdida biex tikkumbatti l-attività tal-ISIS fuq l-internet.
It-taqsima l-ġdida se tkun immirata l-aktar lejn dawk li qed imexxu l-propaganda tal-ISIS fuq l-internet imma wkoll dawk li qed jużawh bħala mezz ta’ reklutaġġ. Hu stmat li fuq is-servizz ta’ Twitter biss hemm mal-50,000 kont marbutin mal-ISIS.
L-iskop kien li jkunu identifikati dawk li qed imexxu l-kampanja tal-ISIS fuq l-internet.
L-iskop ta’ din it-taqsima l-ġdida hu li tneħħi l-kont tal-ISIS fi żmien sagħtejn minn mindu tkun indunat bih. Barra minn hekk, Rob Wainwright, id-direttur tal-Europol, qal li t-taqsima se toqgħod b’seba’ għajnejn ukoll għal dawk li huma vunerabbli għall-propaganda tal-ISIS.
Offensiva kontra l-ISIS fuq l-internet


