Internazzjonali

Tiri lejn lanċa mimlija immigranti

Persuna nqatlet u oħra tinsab midruba gravi wara li nfetaħ in-nar fuq lanċa mimlija immigranti barra mill-kosta Libjana.
Skont l-immigranti li kienu salvati mill-militar Taljan, kienet lanċa Libjana li fetħet in-nar fuqhom. L-immigrant midrub issa jinsab rikoverat fi sptar f’Lampedusa fejn il-kundizzjoni tiegħu kienet deskritta bħala gravi.
Kelliem għall-militar Libjana ċaħad li xi lanċa tal-militar Libjan kien fetaħ in-nar fuq l-immigranti. Min-naħa l-oħra l-awtoritajiet Taljani fetħu investigazzjoni fil-każ.