Futbol Sport

Vito Plut kważi plejer ta’ B’Kara

L-attakkant Sloven ta’ 26 sena, Vito Plut jinsab viċin li jista’ jissieħeb ma’ B’Kara wara staġun pożittiv li kellu ma’ Floriana tant li kien it-tieni l-aqwa skoer tal-klabb b’12-il gowl fil-Kampjonat Premier. Bil-wasla tal-kowċ Giovanni Tedesco ma’ B’Kara, B’Kara xeħtu għajnehom fuq numru ta’ plejers li lagħbu ma’ Floriana l-istaġun li għadda u Plut hu wieħed minnhom. Fil-każ ta’ dan il-plejer l-akkwist hu aktar possibli la darba Plut m’huwiex aktar plejer ta’ Floriana madankollu B’Kara xorta waħda jridu jħalsu l-parametri lil Floriana. Hu mifhum li B’Kara jinsabu viċin ħafna li jħabbru lil Plut bħala akkwist ġdid.

Din l-istorja kienet żvelata b’mod esklussiv fuq il-paġna ta’ Facebook tal-programm sportiv Replay.