Il-Ministru tal-Enerġija Konrad Mizzi kien hu li qal liċ-Chairman tal-Enemalta biex itemm il-kuntratt fi ħdan il-Korporazzjoni tal-Enemalta, ta’ spettur tal-pulizija li kien boarded out f’erbat ijiem mill-korp tal-Pulizija.
Il-Gvern kien baqa’ jirrifjuta li jagħti spjegazzjoni ta’ din id-deċiżjoni li wasslet biex l-ispettur ressaq applikazzjoni biex jiġi boarded out, jiġi assessjat, jiġi eżaminat il-każ u tingħata deċiżjoni.
Il-kwistjoni tqajmet fil-Parlament illejla mix-Shadow minister Jason Azzopardi, li qal li l-ispettur tal-pulizija kien ingħata impjieg ġdid fid-diviżjoni tal-Enemalta bis-salarju ta’ qrib il-€60,000 iżda wara biss ftit jiem huwa ġie boarded out għal raġunijiet ta’ saħħa.
Huwa talab lill-Ministru tal-Intern Carmelo Abela għall-fehma tiegħu dwar kif din il-kwistjoni ġiet żviluppata, bl-indikazzjoni medika tiegħu ma tidhirx daqstant serja.
Il-ministru qal li hu ma jafx l-ispettur involut fil-każ.
Huwa qal li skont dikjarazzjoni maħlufa mill-koordinatur tal-bordijiet mediċi, il-proċeduri tal-boarding out ġew segwiti.
Il-Ministru Abela qal li kienet koinċidenza li l-ispettur ġie boarded out wara biss ftit jiem. Huwa qal li dan ġara minħabba li hu kien ippreżenta t-talba tiegħu ftit jiem qabel li l-laqgħat tal-bord ġew skedati. Abela qal li l-bord kellhom anqas minn 15-il każ li dehru quddiemhom.
F’reazzjoni ta’ dan, il-Ministru tal-Enerġija Konrad Mizzi qal li l-gvern bħala shareholder ewlieni fl-Enemalta l-gvern kien qal liċ-Chairman tal-Enemalta li l-impenn tal-ispettur tal-pulizija ta’ qabel kien inaċċettabbli u li l-kuntratt tiegħu kellu jintemm b’effett immedjat.
//= $special ?>

