Mill-bidla tal-Kummissarju tal-Pulizija li għamel dan il-Gvern ftit ġimgħat biss wara li tela’ fil-Gvern wara l-elezzjoni ta’ Marzu tal-2013, kien hemm 125 membru fil-Korp tal-Pulizija li rtiraw wara 25 sena servizz u/jew bl-età.
Meta wieġeb mistoqsija parlamentari tax-Shadow Minister Jason Azzopardi, il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, Carmelo Abela, qal li fil-perjodu li fih kien responsabbli mill-Korp il-Kummissarju Peter Paul Zammit, kien hemm 72 membru li rtiraw mill-Korp. Dan kien l-ewwel Kummissarju li ħatar il-Gvern meta neħħa lil John Rizzo minn Kummissarju tal-Pulizija.
Inkjesta kienet sabet lill-Kummissarju Peter Paul Zammit li kien intervjena biex akkużi kontra persuna li kienet eksklijent tiegħu, jitwaqqfu b’rabta ma’ inċident li din il-persuna kellha f’għassa tal-pulizija.
Fiż-żmien li għamel l-Aġent Kummissarju Raymond Zammit, kien hemm 15-il riżenja. Ray Zammit ukoll kellu jirriżenja wara l-mod kif il-Pulizija trattat u mexxiet il-proċeduri dwar l-inċident ta’ sparatura li fiha kien involut ix-xufier tal-eks-Ministru Manwel Mallia.
Taħt it-tmexxija tal-Kummissarju tal-lum Michael Cassar, kien hemm 38 membru li rtiraw.
Fil-każ ta’ Peter Paul Zammit, wara r-riżenja tiegħu mill-Korp, inħatar mill-Prim Ministru Kap tas-Sigurtà taċ-CHOGM, filwaqt li Ray Zammit inħatar imexxi l-aġenzija li qed tieħu ħsieb it-tħaddim tas-sistema tal-gwardjani lokali.
//= $special ?>